Afganistan: 246 attakk mit-talibani f’ġurnata waħda

Minn meta dalgħodu fl-Afganistan bdiet il-votazzjoni għall-president il-ġdid, it-talibani qalu li wettqu 246 attakk mal-pajjiż kollu. 
Skont il-mezzi tax-xandir Afgani, l-attakki ħallew minn tal-inqas 20 persuna mejta. 
Fin-nofsinhar tal-pajjiż fil-provinċja ta’ Khost inqatlu 5 tfal żgħar. 
Il-kandidati għall-elezzjoni presidenzjali huma l-eks ministri Abdullah Abdullah u Ashraf Ghani.