Problemi fl-internet tal-BOV: Affettwati l-internet banking u ħlas bil-cards

Il-Bank of Valletta bħalissa għandu problemi bl-internet li qed jaffetwaw is-servizzi elettroniċi li joffri, fosthom l-internet banking, il-mobile banking u ħlas bil-cards.

Fi stqarrija, il-Bank avża li qed jaħdem biex isolvi dawn il-problemi tekniċi fl-iqsar ħin possibbli.

Il-klijenti li għandhom bżonn servizzi urġenti qed jiġu mħeġġa li jċemplu l-Fergħa tal-Bank tagħhom jew jikkuntattjaw liċ-Ċentru tal-Customer Service tal-Bank fuq 21312020 jew customercare@bov.com.

Ġimagħtejn ilu, il-Bank issospenda temporanjament l-operat tiegħu inkluż mill-fergħat madwar Malta u Għawdex, wara attakk malinn estern fuq is-sistemi tal-bank.  L-awtoritajiet iċċaraw kemm-il darba li l-kontijiet tal-klijenti ma ġewx affettwati u li nstabu diskrepanzi fi 11-il pagament, b’total ta’ madwar €13-il miljun.

AQRA:  Il-BOV jispjega x’ġara