Mis-sensiela Aenigma llejla se jixxandar l-episodju Nar u Dawl fuq l-istazzjon Melita More, Channel 315, fil-11.30pm.
L-episodju tal-lejla se jeħodna f’post fejn madwar 100 sena ilu ġrat il-ġrajja veritiera ta’ novizz żagħżugħ minn Sqallija, Alberto Polizzi. Kienu ħafna dawk li jiddeskrivuh bħala ubbidjenti u strett f’dak kollu li jagħmel.
Darba għadda minn mument tassew stramb, kważi fenomenu paranormali, hekk kif il-pjagi ta’ Kristu immanifestaw ruħhom fuq il-persuna tiegħu.
Dawn il-kopji eżatti tal-pjagi ġibdu l-attenzjoni tal-Kurja tal-lokal. Kien dan Miraklu jew att djaboliku sabiex ifixkel lill-fidili? Il-Kurja ma setgħetx tibqà tħares.
Jieħdu sehem fost oħrajn Jamie Cardona, Anthony Ellul, Henry Zammit Cordina u Eric Grech.