ADŻ favur sistema ta’ laneċ veloċi bejn Malta u Għawdex

L-Alternattiva Demokratika Żgħażagħ saħqet li l-unika għażla vijabbli f’termini ekonomiċi u ekoloġiċi hi sistema ta’ laneċ veloċi minn Sa Maison jew postijiet oħra ċentrali sa Għawdex.
Qalet li tinsab iddiżżappuntata dwar il-fatt li kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni, “li jippużaw ta’ ekoloġisti meta jaqblilhom” huma favur il-mina, li għall-ADŻ hi ineffiċjenti u għalja.
ADŻ sostniet li sistema ta’ laneċ veloċi tfisser li jitnaqqas it-traffiku u min jivjaġġa bejn iż-żewġ gżejjer ma jispiċċax jeħel għal ħinijiet twal fit-traffiku. Qalet li hi soluzzjoni li tista’ tgħin lill-Għawdxin inaqqsu l-ħin tal-vjaġġ tagħhom u jitnaqqas ukoll it-tniggis tal-arja.