Adventure Park u Mużew inawgurati f’Għawdex

F’Għawdex ġie inawgurat Adventure Park. Il-park li jinsab fl-Għarb sar b’investiment ta’ kważi 300 elf ewro fejn qabel kien hemm għalqa abbandunata. Il-fondi għal dan il-proġett ingħataw mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent u minn fondi Ewropej. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi li nawgura l-proġett qal li dan jingħaqad mal-kullana ta’ proġetti rikreattivi u sportivi li mmarkaw din il-leġislatura.

Sadanittant, fil-Belt Victoria f’Għawdex kien inawgurat mużew, Il-Ħaġar – heart of Gozo. Fih hemm preżenti perjodi minn ċiviltajiet differenti u hemm esebiti pitturi, fidda u oġġetti sagri. Il-Prim Ministru li nawgura l-proġett qal li dan il-mużew sar b’kofinanzjament ta’ 85 fil-mija mill-Unjoni Ewropea, bil-proġett jiswa mal-miljun ewro.