Adult jagħmel 6 ġimgħat imur l-iskola; jgħid li għandu 15-il sena

Raġel ta’ madwar 30 sena li kien qed ifittex l-ażil fil-Ingilterra rnexxielu jagħmel sitt ġimgħat jgħid li għandu 15-il sena. Minħabba l-età li beda jgħid li għandu kien qed jattendi għal lezzjonijiet ġewwa skola f’Ipswich.

Il-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola talbu sabiex tittieħed azzjoni kontra l-istaff tal-iskola li ħallew li każ bħal dan iseħħ taħt għajnejhom. Ir-raġel inkixef meta saret investigazzjoni fuqu li sabet li żgur kellu aktar minn 18-il sena. Dan meta deher jitkellem ma’ tfal ta’ 11-il sena jew aktar.

Ir-raġel li ġej mil-Lvant Nofsani ġie sospiż mill-iskola wara li bosta ġenituri tkellmu kontra l-preżenza tiegħu. Omm partikolari qalet li kienet ovvja li kien raġel u mhux tifel u staqsiet kif inhu possibbli li l-għalliema u l-istaff ma jindunawx b’xi ħaġa daqshekk ovvja.

Waqt li kien qed jattendi Stoke High school, bosta tfal ħadu ritratti tiegħu u tellgħuhom fuq Snapchat jistaqsu “kif hawn raġel ta’ 30 sena fil-klassi tal-matematika tagħna?” Ir-raġel huwa twil aktar minn sitt piedi. Aktar tard sabu ritratti tiegħu fuq Facebook fejn kien jidher bid-daqna u anke jixrob il-birra.

Student partikolari qal li r-raġel kien qallu li kien miżżewweġ u kellu żewġt itfal.