Adrian Delia jsir Membru Parlamentari

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ħa l-ġurnament tal-ħatra bħala Membru Parlamentari, l-ewwel pass biex imbagħad nhar il-Ġimgħa jsir Kap tal-Oppożizzjoni. 
Huwa ġie co-opted fuq mozzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat ssekondata mill-Whip tal-Partit Nazzjonalista David Agius. 
Dr Delia, viżibilment emozzjonat, għamel kelmtejn qosra tal-okkażjoni fejn irringrazzja liż-żewġ naħat tal-kamra, partikolarment lill-eksdeputati Jean Pierre Debono u Peter Micallef li ċedew posthom għalih. Huwa qal li se jassumi r-responsabilità u b’umiltà u li se jaħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat  awgura xogħol fejjiedi lil Delia.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri