“Ħadd ma jgħidli biex nirriżenja” – Delia

Facebook: Xarabank

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jiġi intervistat fil-programm Xarabank fuq it-TVM hekk kif il-partit jinsab fi kriżi ta’ tmexxija.

22:45 L-intervista tintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna
Christoph Schwaiger
22:44 Delia jgħid li se jkompli jservi sakemm dawk li eleġġewh ikunu jemmnu li jkun aħjar jitlaq jew iservi mod ieħor
Christoph Schwaiger
22:43 "M'għandix regrets" – Delia
Christoph Schwaiger
22:42 Delia jgħid li mhuwiex qiegħed fil-politika biex jieħu imma biex jaqdi
Christoph Schwaiger
22:41 Dwar l-investigazzjoni li l-Pulizija qed tagħmel dwaru jgħid li qatt ma ġie mitkellem dwara mingħand l-awtoritajiet. "Din x'investigazzjoni hi din?"
Christoph Schwaiger
22:40 Delia jgħid li dak li kitbet Daphne Caruana Galizia affettwah
Christoph Schwaiger
22:38 Delia jgħid li l-elezzjoni ġenerali li jmiss taf tiġi inqas minn sentejn oħra
Christoph Schwaiger
22:37 Delia: Il-grupp parlamentari tal-PL ried lil Fearne imma t-tesserati tal-Labour ħasbu mod ieħor u riedu lil Abela
Christoph Schwaiger
22:37 Jgħid li l-PN fil-gvern ikun hemm biex jaqdi u jservi mhux biex jikkmanda u jgħid "le"
Christoph Schwaiger
22:35 "Kull partit qiegħed hemm biex jirbaħ l-elezzjoni"
Christoph Schwaiger
22:34 Jgħid li meta daħal fil-PN sab timijiet li ma kinux l-għażla tiegħu.
Christoph Schwaiger
22:33 Mistoqsi jekk hux se jkeċċi nies mill-PN Delia jgħid li jrid jara x'se jaċċetta u x'ma jaċċettax
Christoph Schwaiger
22:31 Delia ma jiżvelax x'jgħidu s-surveys tal-PN
Christoph Schwaiger
22:30 L-intervista tkompli
Christoph Schwaiger
22:25 Il-programm jieqaf għal waqfa kummerċjali
Christoph Schwaiger
22:24 Delia jgħid li ma jistax jaċċetta li grupp ta' persuni, validi kemm ikunu validi, jkunu huma li jgħażlu l-kap tal-partit. Jgħid li jekk jagħmel hekk joħloq preċedent perikoluż.
Christoph Schwaiger
22:22 Delia jgħid li ssottometta lilu nnifsu għal tliet testijiet ta' fiduċja. Jistaqsi jekk dan hux l-istess għal persuni oħra fil-PN li għadhom hemm wara 5 snin
Christoph Schwaiger
22:20 "Dak li ssejjaħt biex nagħmel għadni m'għamiltux"
Christoph Schwaiger
22:20 "Louis Galea mhux qiegħed hemm biex jgħażel l-ismijiet"
Christoph Schwaiger
22:19 Delia: Ħadd ma jgħidli biex nirreżenja
Christoph Schwaiger
22:19 Il-preżentatur jgħid lil Delia li s-surveys qed juru li n-nies qed jitilqu mill-PN. Delia jgħid li t-tiġdid għadu jrid isir.
Christoph Schwaiger
22:18 Delia jgħid li l-obbligu tiegħu huwa li jreġġa' lill-PN "lura għand in-nies".
Christoph Schwaiger
22:16 "L-ikbar riforma fil-PN trid tkun l-attitudni" – Delia
Christoph Schwaiger
22:16 Delia: Ir-riforma trid tintemm sal-aħħar ta' Marzu
Christoph Schwaiger
22:16 Delia: Lil Louis Galea nirringrazzjah tax-xogħol li għamel
Christoph Schwaiger
22:14 Skont Delia, jekk l-MPs jappoġġjaw persuna li ma jkunx magħżul mit-tesserati ssir ħsara lill-partit
Christoph Schwaiger
22:13 Delia jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkun il-persuna li jgawdi l-fiduċja l-maġġoranza tal-MPs tal-Oppożizzjoni
Christoph Schwaiger
22:12 Delia jgħid li mhux veru li bagħat għalih il-President
Christoph Schwaiger
22:10 Preżentatur: Ikkalkulajna li l-PL kien jirbaħ b’94,000 vot kontrik. Mhux gravi biżżejjed biex tirreżenja?

Delia: Jgħid li l-PN ma ġiex f’din is-sitwazzjoni issa. Qal li t-tesserati tal-PN għażlu lilu għal diversi drabi. Kwalunkwe kap ta’ kwalunkwe partit jekk il-pożizzjoni tkun mhedda b’survej ma jkunx hemm kapijiet jew MPs.
Christoph Schwaiger
22:08 “Nista’ nwieġeb?” jistaqsi Delia
Christoph Schwaiger
22:07 Delia jgħid li l-PN ma ġiex f’din is-sitwazzjoni f’daqqa. Delia jitlob lill-preżentatur itih ċans iwieġeb hekk kif jibdew jitkellmu fuq xulxin
Christoph Schwaiger
22:06 Delia ġie mistoqsi dwar ir-riżenja ta’ Clyde Puli. Qal li se jiżen kollox f’daqqa mbagħad jieħu deċiżjonijiet. Jgħid li ma jistax jantiċipa jekk mhux se jkun hemm riżenji oħra.
Christoph Schwaiger
22:03 Tibda l-intervista ma' Delia – jidher li l-intervista hija rrekordjata
Christoph Schwaiger
21:53 Il-preżentatur jgħid li l-intervista ma' Delia se tixxandar wara l-aħbarijiet
Christoph Schwaiger
21:49 Delia mistenni jitkellem minn hawn u ftit minuti oħra
Christoph Schwaiger
21:40 L-intervista ma' Delia għadha ma bdietx
Christoph Schwaiger
21:03 Il-programm beda, imma l-preżentatur Peppi Azzopardi jgħid li l-intervista ma' Adrian Delia se ssir fit-tieni parti tal-programm. L-ewwel parti s'issa qed titratta dwar il-femiċidji u l-vjolenza domestika.
Christoph Schwaiger
21:01 Il-lejla t-tajba! Newsbook.com.mt se jkun qed jirrapporta LIVE dwar l-intervista ta' Adrian Delia fil-programm Xarabank.
Christoph Schwaiger

Newsbook.com.mt kien stieden lil Adrian Delia għal intervista iżda sa dan il-ħin it-talba ma ġietx imwieġba.

Kriżi fil-PN

Clyde Puli rreżenja mill-kariga tiegħu bħala Segretarju Ġenerali tal-PN. Puli ħabbar ir-reżenja tiegħu f’ittra li bagħat lill-Kap tal-PN Adrian Delia datata llum.

L-eks kandidat tal-PN għall-Ewropa Peter Agius qal li mhux se jittollera aktar li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma fil-Partit Nazzjonalista. Fuq Facebook illum, Agius qal li se jkellem “lill-atturi ewlenin”.

“Tistgħu ssibuni magħhkom għall-futur tal-PN, iżda mhux se nittollera aktar l-istatus quo,” qal Agius. Spjega li kellmuh ħafna nies imweġġgħin u diżappuntati mill-PN.