Adrian Delia f’laqgħa urġenti mal-President

PN

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia dalgħodu kellu laqgħa urġenti mal-President tar-Repubblika George Vella, fil-Palazz ta’ San Anton.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li matul il-laqgħa, Dr Delia wera t-tħassib tiegħu għal dak li ħiereġ bhalissa fl-aħbarijiet “li huwa preokkupanti immens u li qed ikollu riperkussjonijiet negattivi fuq ir-reputazzjoni tal-pajjiż”. Il-PN qal li dan wara li l-midja żvelat kif il-Prim Ministru u l-Kabinett kienu jafu dwar l-iskandlu tal-Montenegro mid-29 ta’ Novembru 2019.

Dr Delia qal li dan huwa mument ieħor diffiċli għall-pajjiż u saħaq li se jkollu konsegwenzi serji għall-poplu Malti. Ma’ Net News, Adrian Delia spjega li mhux jeskludi li jitlob laqgħa formali mal-President għal aktar diskussjoni.