AD+PD se jkun immexxi minn Carmel Cacopardo

Read in English.

L-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratika formalment ingħaqdu f’partit wieħed imejjaħ AD+PD li se jkun immexxi minn Carmel Cacopardo. L-ewwel laqgħa ġenerali annwali tal-partit ġiet organizzata s-Sibt fejn ġew ikkonfermati wkoll żewġ deputati mexxejja li hums Mario Mallia u Mark Zerafa.

Il-kumplament tal-kumitat eżekuttiv se jkun magħmul minn eks uffiċjali taż-żewġ partiti fosthom Ralph Cassar bħala s-segretarju ġenerali, Luke Caruana u Melissa Bagley bħala deputati segretarji ġenerali, Marcus Lauri bħala l-kelliem tal-partit, Carmel Axiak bħala teżorier u Anna Azzopardi segretarju internazzjonali. 

La Godfrey Farrugia u lanqas Marlene Farrugia, iż-żewġ deputati tal-Oppożizzjoni mill-Partit Demokratiku, ma jiffurmawx parti mill-kumitat eżekuttiv.

Il-partit se jifforma parti mill-Partit tal-Ħodor Ewropej.

AD+PD sar it-tielet l-akbar partit f’Malta iżda t-triq ‘il quddiem hija diffiċli hekk kif fi stħarriġ politiku li sar dan l-aħħar, iż-żewġ partiti separati kienu qed jirreġistraw mat-2% tal-elettorat.