L-Arċisqof f’kuntatt mal-Gvern dwar tfal mhedda bi tkeċċija

Aġġornat 08:33 PM
Miguela Xuereb

Read in English.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-Arcisqof jinsab f’kuntatt mal-Gvern biex joffri l-għajnuna tal-Knisja fil-kaz ta’ 22 tifel u tifla, uħud ta’ sentejn, mhedda bi tkeċċija minn Malta.

Aktar kmieni l-Arċisqof Charles Scicluna fi tweet li għamel appella lill-parroċċi kollha, lill-kongregazzjonijiet reliġjużi, lill-gruppi Kattoliċi u lis-soċjeta biex jikkunsidraw “jadottaw” lit-22 tifel u tifla, fil-maġġoranza mis-Serbja, u li huma mhedda bi tkeċċija minn Malta. Huwa qal li jekk meħtieġ il-komunita nisranija għandha tkun lesta li tagħti għajnuna finanzjarja.

Il-gazzetta The Sunday Times of Malta dalgħodu irrappurtat li Identity Malta qiegħda thedded lil dawn it-tfal bi tkeċċija minn pajjiżna peress li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena flimkien ma’ €3,800 żejda għal kull tifel u tifla li jkollhom. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dħul mis-sahra jew xi bonus.

Għarukaża – Caritas

F’post fuq Facebook Anthony Gatt, id-Direttur tal-Caritas qal li “l-ewwel ħallejna lill-ġenituri jiġu Malta b’dawn it-tfal biex jikkontribwixxu għall-ekonomija tagħna u issa irridu nisseparawhom minn uliedhom.”

Huwa qal li azzjoni bħal din hija waħda inumana u għarukaża jekk nagħmluha. Żied jgħid li jekk hemm xi policy li trid tkun segwita din għandha tibda tgħodd minn min jiġi ġdid u mhux min dawk li hawn Malta bħalissa.