Adottata Strateġija ġdida għad-Drittijiet tat-Tfal

L-istrateġija Ewropea ġdida dwar id-drittijiet tat-tfal ġiet imnedija fil-ftuħ ta’ konferenza ta’ jumejn fil-Bulgarija.
L-istrateġija ġiet maqbula s-sena li għaddiet mill-pajjiżi membri tal-UE u adottata mill-Kumitat tal-Ministri x-xahar li għadda.
Tipprovdi għal azzjoni konkreta f’ħames oqsma prinċipali: l-opportunitajiet indaqs għat-tfal kollha, il-parteċipazzjoni tat-tfal kollha, ħajja ħielsa minn kull forma ta’ vjolenza, sistema ta’ ġustizzja li tkun adegwata għat-tfal kollha, u d-drittijiet tat-tfal fl-ambjent diġitali.
Fil-konferenza tal-Bulgarija ħadu sehem il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, li tkellmet dwar xogħol il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà, u l-Ministru tal-Familja Michael Farrugia li rrefera għad-diversi inizjattivi tal-Gvern li jgħinu lill-familja u lit-tfal. 
Ritratti: DOI