Addijo siġġijiet!

Erba’ siġġijiet tal-plastik imwaħħla bil-konkos fl-Għadira tneħħew wara intervent tal-Pulizija.
Ritratt tas-siġġijiet li beda jdur fuq il-midja soċjali qajjem għagħa kbir u dejjaq għajnejn bosta, fosthom tad-Deputat Laburista Clayton Bartolo, li hu mill-Mellieħa.
Huwa kien qal li l-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija u li kienet se tittieħed azzjoni.