Addijo l-kredibbilità tal-PA – PD

Il-Partit Demokratiku qal li l-ftit kredibbilità li kien għad fadlilha l-Awtorità tal-Ippjanar tilfitu meta approvat il-proġett tad-db Group ta’ Pembroke.

Fi stqarrija l-PD fakkar kif għaxar membri tal-Bord, jiġifieri ċ-ċerpersin tal-ERA Victor Axiak, id-deputat ċerpersin Elizabeth Ellul, Clayton Bartolo, Desiree Cassar, Timothy Gambin, Matthew Pace, Simone Mousu’, Jacqueline Gili, Ivan Tabone, u Joseph Brincat iddeċidew li japprovaw il-proġett minkejja l-għexieren ta’ oġġezzjonijiet li tqajmu kontra l-proġett.

Il-Ħamis li għadda, il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota favur il-proġett f’Pembroke mill-Grupp db. 10 ivvutaw favur u 4 kontra.

Il-partit elenka diversi punti li fil-fehma tiegħu juru li l-approvazzjoni ma tagħmilx sens:

  1. Punt kardinali ta’ tluq hu li ma jistax jiġi approvat progġett ta’ dan id-daqs mingħajr Development Brief għax tikser policy NHPE10.
    a) Dan id-Development Brief hu parti mit-tfassila u konsultazzjoni pubblika li suppost saret qabel ir-rakkamandazzjoni
    b) Il-proġett ġie approvat  mingħajr Masterplan nazzjonali u anke dak ta’ Paceville li kellu jingħalaq f’April 2017 imma ġie abbandunat mill-Gvern.
  2. Hemm dan il-ksur preżunt kif elenkat hawn taħt:

a) L-impatt viżiv  li huwa eċċessiv u jmur kontra l-prattiċi stabbiliti
i) Qed nitkellmu dwar binja mibnija fuq ilsien ta’ art ħiereġ fil-baħar
ii) Irridu nħarsu li l-bini jikkomplimenta l-karattru tal-ambjent Malti, inkluż il-veduta (Skyline)
iii)Tmur kontra l-politika dwar Paceville NHP V04 (iii) li tgħid li l-bini għandu jkun konsistenti mal-limitu tal-għoli u l-karattru tal-post
iv) Ma hemmx bini għoli fiż-żona. Hemm biss residenzi u lukandi
v) l-politika FAR 2.4 and 5.6 jsejħu għal evalwazzjoni tal-binja proposta fejn it-topografija u l-veduta għandhu jkollhom kontribut pożittiv favur is-sit urban.

b) Il-bini ma jimxix mar-regola  tal-Floor Area Ratio Policy:
i) Para. 5.12 tal-FAR jgħid li bini għoli għandu jikkrea spazju pubbliku miftuħ ta’ kwalità għolja madwar is-sit. L-iżvilupp għandu jkollu spazji pubbliċi fil-beraħ li huma sbieħ u sikuri u jilħqu l-bżonniiet ta’ min juża l-binja u n-nies tal-madwar. Siti żgħar, bla konnessjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati spazji pubbliċi. Il-mira tagħhom hi biex iservu l-interessi privati u mhux il-pubbliku
ii) Il-FAR titlob li 50% tas-sit jibqa’ spazju pubbliku miftuħ. Partijiet msaqqfu ma jistgħux jiġu kkunsidrati spazju pubbliku miftuħ
c) Il-bini mhux kompatibbli mal-politika tal-limitazzjoni tal-għoli tal-bini

i) Is-soltu, lukandi jħallu bejt biex jekk ikunu jridu jkabbru jkollhom l-potenzjal li jistgħu jagħmlu hekk għax jkollhom l-ispazju. F’dan il-każ, l-ispazju se jintuża biex jinbnew appartamenti lussużi

d) L-infrastruttura tat-trasport mhix adegwata:
i)It-traffiku fil-madwar huwa diġà diffiċli u m’hemm l-ebda pjan tanġibbli biex titjieb
ii) L-ewwel, suppost irid ikun hemm access bit-triq, imbagħad jinbena proġett.

  1. M’hemm l-ebda garanzija li l-infrastruttura ta’ toroq – inkluża l-mina – se ssir
  2. M’hemm l-ebda applikazzjoni pendent għall-mina
  3. L-ebda flejjes ma ġew approvati għall-proġett tat-toroq tal-madwar
  4. Barra minn dan kollu, anki jekk tinbena l-mina, il-konġestjoni xorta se tiżdied, flimkien mat-tniġġis tal-arja u tal-istorbjue) Se jkun hemm l-effett negattiv tad-dell fuq il-binjiet tal-ġirien, ġnien pubbliku, lukandi u baħar:
    i) Para 5.15 tal-politika tal-FAR tgħid li s-sit u d-disinn ta’ bini għoli għandu jikkunsidra l-effett fuq il-mikroklima u jnaqqas id-dellijiet kemm jista’ jkun.

f) Id-demolizzjoni tal-binja tal-ITS:

  1. Dan imur kontra l-SPED dwar binjiet skedati.

g) Saru ħafna wegħdiet fiergħa dwar il-konsultazzjoni u servizzi.
i) L-ebda minnhom m’huma kredibbli, għax saru ħafna bidliet fl-applikazzjoni fix-xhur li għaddew
ii) Kulħadd jaf mill-esperjenza li monitoraġġ u infurzar hu fqir ferm
iii) It-trasferiment tal-art hu dubbjuż u qiegħed taħt l-investigazzjoni tal-Awditur Ġenerali.

Il-PD qal li jikkundanna l-Gvern li suppost jagħti eżempju li qed jikser l-ispirtu u l-kelma tal-liġi billi jgħin fit-tħassir ambjentali għall-benefiċċju tal-kuntratturi kbar.