​Addijo l-karti fuq l-ajruplani tal-Air Malta

L-Air Malta hija waħda mill-ewwel kumpaniji tal-ajru fl-Ewropa li taħdem mingħajr karti, wara li saret trasformazzjoni diġitali.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li dan l-aħħar irċeviet awtorizzazzjoni biex topera f’kapaċità totalment diġitali, bl-użu ta’ Jeppesen FliteDeck Pro fuq l-iPad bħala s-soluzzjoni tagħha għal bagalja tat-titjira elettronika.
Din il-kumpanija għenet lil-linja nazzjonali biex tikseb l-approvazzjoni mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili f’Malta.
Dan se jwassal biex jitnaqqas ix-xogħol tal-bdoti, iżid l-għarfien tas-sitwazzjoni fuq titjira u jnaqqas l-ispejjeż operattivi, permezz ta’ konsum inqas ta’ fjuwil, abbażi ta’ piż inqas u aċċess faċli.
L-Air Malta tgħaqqad il-Gżejjer Maltin ma’ 35 destinazzjoni madwar l-Ewropa u l-Mediterran.