Addattament televiżiv ta’ Il-Kikkra jixxandar illejla

It-tieni episodju mis-sensiela Storja ta’ Storja se jkun qed jixxandar illejla fis-7.15pm fuq TVM. Dan it-tieni programm se jitratta l-kittieba u t-traduttriċi Loranne Vella.

L-episodju jinkludi wkoll adattament tan-novella Il-Kikkra mill-ktieb ‘mill-bieb ’il ġewwa’ (Ede Books, 2019) bis-sehem ta’ Mikhail Basmadjian.

Storja ta’ Storja hija sensiela televiżiva ta’ dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktiebbil-għan li tippromwovi l-letteratura Maltija. Din hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtella’ bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Kull episodju mis-sensiela jittella’ fuq il-Youtube tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb wara li jixxandar fuq TVM.

Repetizzjoni tal-episodju tal-lum tixxandar fuq TVM2 nhar il-Ħamis fit-8.15pm.