Addattament televiżiv ta’ Bolero ta’ Maria Grech Ganado

Maria Grech Ganado, tliet darbiet rebbieħa tal-Premju għall-Poeżija u l-ewwel benefiċjarja tal-Premju Poeta Lawreat, hija l-protagonista tas-seba’ episodju fis-sensiela Storja ta’ Storja li se jixxandar illum is-Sibt fis-7.15pm fuq TVM. Dan l-episodju jinkludi addattament tal-poeżija tagħha Bolero.

Storja ta’ Storja hija serje televiżiva ta’ dokudrama li tħares lejn il-ħajja u x-xogħol ta’ tmien awturi rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kittieba l-oħra li jidhru f’dis-sensiela huma Loranne Vella, Alfred Sant, Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud, Alex Vella Gera, Lou Drofenik u Walid Nabhan.

Storja ta’ Storja hija produzzjoni tal-kumpanija awdjoviżiva Sajjetta, imtellgħa bis-sapport tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Maria Grech Ganado

Repetizzjoni ta’ dan l-episodju tixxandar il-Ħamis ta’ wara fit-8.15pm fuq TVM2.