Adam x’se jgħid lil ommu?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa naraw li Adam reġa’ sajjar hu. X’se jgħidilha lil ommu dwar Winnie u dwar dak li kien jixtieq jagħmel?

Gloria u Winnie nkwetati ħafna għaliex ma jafux fejn tinsab Olivia. X’se jagħmlu? Frank jipprepara għaliex ftit tal-ħin ieħor se tiġri xi ħaġa li biha tinbidel ħajtu. Flimkien naraw x’qed jippjana.

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm b’repetizzjoni l-għada fl-10.15am. Is-sensiela gġandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Eve;yn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.