AD trid iktar solidarjetà mar-refuġjati fuq il-bastimenti

Alternattiva Demokratika u l-kandidata tal-Ħodor Ewropej Ska Keller ħeġġew lill-istati membri tal-UE biex jieħdu azzjoni immedjata u jsibu soluzzjoni għad-49 refuġjat abbord iż-żewġ bastimenti ta’ salvataġġ Sea-Watch 3 u Professor Albrecht Penck.

Iċ-Chairperson ta’ AD Carmel Cacopardo saħaq dwar l-importanza ta’ sistema ta’ tqassim bejn l-istati tal-immigranti, u li żgur m’għandhomx jitħallew bejn sema u ilma. Qal li s-solidarjetà tmur lil hinn minn fondi ta’ koeżjoni.

Min-naħa tagħha Ska Keller li qalet li l-UE għandha bżonn regolamenti biex tassigura li fil-futur ma jkunx hawn sitwazzjonijiet oħra bħal dawn. Sostniet li huwa inaċċettabbli li dawk li jaħarbu biex ifittxu ażil, jitħallew f’nofs ta’ baħar.

Intant dalgħodu l-Arċisqof Scicluna żar il-bastiment Lifeline li għadu maqbud f’Malta.