‘AD tkun il-vuċi għall-ġustizzja soċjali’ – Michael Briguglio

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem il-Parlament, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio, sostna li jekk tingħata l-fiduċja, l-Alternattiva tkun il-vuċi għall-ġustizzja soċjali.

Hu tenna diversi wegħdiet elettorali, fosthom iż-żieda fil-paga minima, żieda fil-pensjoni tad-diżabilità, u aktar aċċessibilità għal persuni b’diżabilità. Sostna li l-AD tipproponi pensjonijiet sostenibbli u diċenti.

Dan iwassal biex il-ġustizzja soċjali ssir prijorità parlamentari jekk l-AD tkun eletta.