AD tisħaq fuq il-ħarsien tas-sigurtà fl-ikel

Alternattiva Demokratika esprimiet tħassib għal nuqqas ta’ ħarsien ta’ liġijiet Maltin dwar is-saħħa u l-ikel, b’mod partikolari dwar l-irziezet tat-tiġieġ.
AD insistiet li l-ħarsien tal-liġijiet f’dan il-qasam jaffettwa l-kwalità tal-ikel li wieħed jiekol.
Appellat biex f’Malta jkun hawn laboratorji ta’  kwalità li jkejlu s-sors tal-kontaminazzjoni ta’ ċertu ikel, fosthom mis-salmonella. Akkużat lill-Gvern preċedenti, li ħalla fil-kaxxi apparat mixtri mill-protokoll Taljan, u li l-Gvern attwali għandu l-istess nuqqas t’interess.
AD saħqet li hi tal-mistħija li l-Gvernijiet ma rrikonoxxewx l-importanza ta’ laboratorji biex jagħtu informazzjoni f’waqtha, u jevitaw li ikel kontaminat jidħol fis-suq.