AD tipproponi għajnuna finanzjarja lill-mużiċisti żgħażagħ

L-Alternattiva Demokratika qed tipproponi li tiġi offruta għajnuna finanzjarja lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jkomplu bil-karriera artistika tagħhom, fosthom mużika u teatru.

Reuben Zammit, mill-Alternattiva Demokratika qal li ħafna drabi, iż-żgħażagħ ma jkunux jistgħu jimirħu fil-karrieri mużikali tagħhom propju minħabba problemi finanzjarji. Huwa kkritika l-fatt li f’Malta, dawk involuti fit-teatru, m’għandhomx il-faċilitajiet neċessarji.

L-Uffiċjal għal relazzjonijiet pubbliċi tal-Alternattiva, Robert Callus, qal li x-xena mużikali Maltija qiegħda dejjem tikber iżda ħafna talent jibqa’ fil-magħluq. Huwa qal li l-gvern għandu jkun pro-attiv u jara kif jista’ jiġi żviluppat kull potenzjal.