AD tikkundanna d-deċiżjoni għall-insib fil-ħarifa

Alternattiva Demokratika ikkundannat il-fatt li reġa ġie introdott l-insib tas-seba' speċi ta' sponsuni permezz ta' applikazzjoni ta' deroga.
Fi stqarrija, Alternattiva Demokratika qalet li l-awtoritajiet qegħdin japprovaw l-insib ta' għasafar selvaġġi minflok jippromwovu l-apprezzament u l-konservazzjoni tan-natura permezz ta' programmi edukattivi bħal bird watching.
Intqal li f’dawn l-aħħar snin, proċessi ta' infurzar ma rnexxilhomx jindirizzaw l-insib illegali li jsir bl-addoċċ u għalhekk hu diffiċli li jiġu rispettati l-kundizzjonijiet marbuta ma' din id-deroga, fosthom li l-insib isir fuq bazi selettiva.
Alternattiva Demokratika ħeġġet lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes biex ireġġa lura d-deċiżjoni li tippermetti l-insib fil-ħarifa.