AD tgħid li kellha diskussjonijiet ma’ entitajiet li jaħdmu ma’ u għal persuni b’diżabilità

Alternattiva Demokratika qalet li kellha diskussjoni ma’ entitajiet li jaħdmu ma’ u għal nies b’diżabilità f’Dar l-Ewropa fil-Belt Valletta.

Iċ-Chairperson ta’ AD, Michael Briguglio, qal li bħala partit li jemmen fl-ugwaljanza, fil-ġustizzja soċjali u fl-inklużjoni soċjali, Alternattiva Demokratika tħossha privileġġata li tgħallmet tant minn persuni u organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità. Kompla jgħid li Alternattiva Demokratika għadha mhix fil-Parlament, iżda diġà żgurat li persuni b’diżabilità jkunu prominenti fid-diskors politiku Malti. Fil-Parlament, qal li jekk jingħata l-fiduċja, il-partit immexxi minnu jiżgura l-implimentazzjoni tal-politika relatata mad-drittijiet ta’ persuni.

Fost il-proposti diskussi fis-seminar kien hemm dawk li jiffokaw fuq l-aċċess universali, l-Att tas-Sigurtà Soċjali, l-impjiegi, l-edukazzjoni ta’ kwalità u l-medikazzjoni.