AD tassigura meritokrazija fis-settur pubbliku

L-Alternattiva Demokratika qalet li jekk tkun fil-Parlament, tiżgura li l-meritokrazija tkun imħaddma kullimkien fis-settur pubbliku.

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-Imsida, l-Alternattiva qalet li l-ġudikatura għandha tkun nominata mill-President u soġġetta għall-approvazzjoni tal-Parlament.

Iċ-ċermen, Michael Briguglio, sostna li karigi pubbliċi għoljin, fosthom dawk ta’ mħallfin, ikunu taħt l-iskrutinju tal-parlament biex ikun aċċertat li dawk li jiġu maħtura, ikunu magħżula fuq bażi ta’ mertu.

AD qalet li tiżgura li l-parlament jieħu lura l-funzjonijiet tiegħu u jaċċerta li l-Gvern ikun kontabbli l-ħin kollu.