AD se tiżgura li l-Maltin ikollhom kwalità ta’ ħajja tajba bi proposti realistiċi

Alternattiva Demokratika se tiżgura li ċ-ċittadini Maltin ikollhom kwalità ta’ ħajja tajba permezz ta’ proposti realistiċi. Dan sostnieh iċ-chairperson ta’ Alternattiva Demokratika Michael Bruguglio waqt konferenza stampa f’Santa Venera. Michael Briguglio insista li l-MEPA għandha titmexxa minn persuni li huma veru dedikati biex jipproteġu l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli.

Min-naħa tiegħu, l-Professur Arnold Cassola sostna li l-iskema tal-iskont tas-supermarket dejjem għaddeja, bil-PN u l-PL qed iwegħdu kollox lill-kulħadd fl-oqsma tal-edukazzjoni, s-saħħa u x-xogħol. Il-Professur Cassola sostna li bħala l-vuċi tar-raġuni fil-Parlament Malti, Alternattiva Demokratika se tagħmel proposti reali, li huma sostenibbli għall-ekonomija Maltija.

Alternattiva Demokratika qed tipproponi investiment qawwi fiċ-ċentri tal-kura tat-tfal, enerġija rinovabbli kif ukoll żieda fil-paga minima, fil-pensjonijiet tal-persuni b’diżabilita’ u anke taxxi progressivi fejn minn jaqla’ l-aktar iħallas l-aktar.