AD: Malta hi pajjiż newtrali u ma tistax tagħti għajnuna militari

Fid-dawl tat-talba li għamlet Franza għall-għajnuna mill-pajjiżi Ewropej, Alternattiva Demokratika qalet li Malta hija kostituzzjonalment pajjiż newtrali, u ma tista' qatt u bl-ebda mod tagħti kwalunkwe għajnuna militari.
Madanakollu, saħqet li Malta għandha tikkopera f’għajnuna umanitarja u taħdem mal-imsieħba tal-Unjoni Ewropea biex il-koperazzjoni li diġà teżisti bejn il-forzi tal-ordni u s-servizzi tas-sigurtà tisaħħaħ, u l-ħidma kontra t- terroristi tkun aktar effettiva.
Iċ-ċerpersin Arnold Cassola tenna li r-risposta għal dawn l-avvenimenti li seħħew fi Franza għandha tkun risposta lejn il-kriminalità, u li t-terroriżmu għandu jitqies bħala forma ta’ kriminalità organizzata vjolenti.