AD eletta jfisser ‘rebbiegħa ħadra fil-parlament’ – Michael Briguglio

Waqt rally fil-belt Valletta, iċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Michael Briguglio, sostna li jekk l-Alternattiva tikseb elfejn vot f’distrett u tkun fil-Parlament, tibda “r-rebbiegħa l-ħadra” u jkun hemm tmexxija verament Ewropea.

Briguglio qal li dan ifisser li l-ġustizzja soċjali, drittijiet ċivili u l-ħarsien tal-ambjent jiġu diskussi fil-parlament.

Hu temm jgħid li kemm f’koalizzjoni kif ukoll fl-oppożizzjoni, Alternattiva sservi ta’ pont bejn il-partiti l-oħra.