AD dwar il-ħtieġa ta’ politika tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ bbażata fuq il-ġustizzja u l-inklużjoni soċjali

Alternattiva Demokratika qalet li l-politika dwar l-edukazzjoni u ż-żgħażagħ jeħtieġ li tkun ibbażata fuq ġustizzja soċjali u inklużjoni.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Birkirkara, iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio, b’referenza għal uħud mill-proposti tal-partit immexxi minnu dwar iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni qal li “fil-Parlament, Alternattiva Demokratika tiżgura li d-dibattitu fuq l-edukazzjoni jiffoka fuq il-ġustizzja soċjali u l-inklużjoni soċjali, speċjalment meta f’Malta l-livelli ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, l-illitteriżmu u r-rappreżentazzjoni ta’ klassijiet differenti fl-edukazzjoni post-sekondarja u terzjarja, fi kliemu għadhom baxxi meta tqabbilhom mal-medja Ewropea.

Jindirizzaw ukoll il-konferenza kienu l-kelliema ta’ AD għall-edukazzjoni u ż-żgħażagħ, Mario Mallia u Reuben Zammit rispettivament.