AD b’appell lill-Gvern dwar każ transgender

Alternattiva Demokratika appellat lill-Gvern sabiex jirtira s-sottomissjoni tiegħu kontra Joanne Cassar fi Strasburgu.

Iċ-Chairperson ta’ Alternattiva Demokratika, Michael Briguglio, qal li filwaqt li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qed iwiegħed li ser ikun qed jintroduċi leġiżlazzjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sessi għal persuni transgender, xorta waħda tella’ lil Joanne Cassar quddiem il-Qorti Kostituzzjonali sabiex ma titħalliex tiżżewweġ lis-sieħeb tagħha.