Fuq il-quċċata tal-għolja tal-Mellieħa għall-Manikata, xufier kien involut f’inċident wara li baqa’ ħabat f’karozza oħra.
Il-Puliżija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30am x’ħin ix-xufier baqa’ dieħel f’vettura oħra li kienet ipparkjata.
Fuq il-post marret ambulanza biex tingħata l-ewwel assistenza lix-xufier, fejn ġie ċertifikat li qed isofri minn xokk.
Ritratt: Arkivji