Aċċessibbiltà għal Għawdex: Il-Gvern falla bl-art, bil-baħar u bl-ajru – il-PN

Read in English.

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern falla billi jassigura li jkun hemm aċċessibiltà aħjar bejn Malta u Għawdex u fi stqarrija l-PN qal li l-Għawdxin m’għadhomx jieħdu lill-Gvern bis-serjetà fuq dan is-suġġett.

L-istqarrija kienet iffirmata mit-tliet deputati Għawdxin tal-PN, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar, fejn elenkaw għadd ta’ proposti li saru mill-Gvern Laburista tul is-seba’ snin li għaddew u li ma sarux.

Aċċessibbiltà bl-art:

  • Il-link permanenti
  • Triq alternattiva lejn il-port tal-Imġarr biex it-traffiku jitqassam aħjar

Aċċessibbiltà bil-baħar:

  • Fast Ferry inbidel għal hop on hop off prospettiv
  • Ir-raba’ vapur ġdid li minfloku inġieb wieħed antik, mhux adattat għall-baħar tagħna u li lanqas hu aċċessibbli għal kulħadd.
  • Faċilità ta’ vapur tal-cargo li jitlaq mill-inħawi tal-Belt Valletta, biex jiġi evitat il-ġarr tal-merkanzija lejn iċ-Ċirkewwa bil-konsegwenzi tat-traffiku, tniġġis u spejjeż żejda.
  • Cruise liner terminal
  • Bagi ġodda fil-baħar qrib l-Imġarr u x-Xlendi biex magħhom jorbtu l-cruise liners
  • Yacht marina

Aċċessibbiltà bl-ajru:

  • Airstrip biex fiha jinżlu l-ajruplani, anke dawk minn barra biex jiġi attirat turiżmu sinjur dirett lejn Għawdex.
  • Servizz bil-ħelikopter bejn il-gżejjer li ilu li tħabbar aktar minn sena ilu u għadu ma bediex.