AC Milan wara Sanchez

AC Milan se jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jakkwistaw liċ-Ċilen ta’ Arsenal Alexis Sanchez mingħand Arsenal, skont ma’ ntqal fis-sit DonBalon.
It-tim Taljan, illi wara kampanja tat-trasferimenti sustanzjuża jinsab ibati xi ftit mill-wirjiet li ħafna partitarji xtaqu, ser jipprova jieħu vantaġġ mill-fatt illi Sanchez ser ikun bla kuntratt f’Ġunju li ġej.
Madankollu r-Rossoneri ser joffru €85 miljun lil Arsenal sabiex jiksbu l-firma tiegħu sa minn Jannar.
Minkejja kollox, anke ManchesterCity u klabbs mil-Ligue 1 fi Franza qed jiġru wara l-plejer ta’ 28 sena.