AC Milan jixħtu ħarsithom fuq Milan Badelj

L-akkwist il-ġdid ta’ Milan, Lucas Biglia għandu xahar barra mil-logħob wara li weġġa’ aktar tard din il-ġimgħa.
Dan in-nuqqas f’nofs il-ground ġiegħel lir-Rossoneri jerġgħu jmorru fis-suq tat-trasferimenti u l-għażla waqgħet fuq Milan Badelj, midfielder ta’ Fiorentina li jagħlaqlu l-kuntratt f’Ġunju tas-sena d-dieħla.
Il-kowċ ta’ Milan, Vincenzo Montella jqis lil player Kroat bħala ideali għal nofs il-grawnd Milanist.
Badelj kellu wkoll esperjenzi ma’ Hamburg, Lokomotiv u Dinamo Zagreb matul il-karriera tiegħu. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.