AC Milan jakkwistaw lil Piatek

Krzysztof Piatek ingħaqad ma’ AC Milan għas-somma ta’ £31m mingħand Genoa u ngħata l-flokk bin-numru 19. Il-plejer internazzjonali Pollakk iffirma kuntratt ta’ 4 snin u nofs, li permezz tiegħu ser jaqla €2m f’kull staġun, u mistenni jimla l-vojt li ħalla warajh Gonzalo Higuain li ngħaqad ma’ Chelsea.

L-attakkant ta’ 24 sena, li sieħeb lil Genoa fis-sajf l-għadda għal £3.6m mingħand il-klabb Pollakk Cracovia, skurja 19-il gowl f’21 logħba ma’ Il Grifone.

AC Milan jinsabu fir-raba’ post fis-Serie A, sitt punti ‘l bogħod minn Inter Milan li jinsabu fit-tielet post u b’distakk ta’ 22 punt minn Juventus li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika.