AC Milan iridu lil Aubameyang akkost ta’ kollox

Id-direttur sportiv il-ġdid ta’ Milan, Massimiliano Mirabelli stqarr f’intervista ma’ rivista sportiva Taljana li se jagħmel minn kollox sabiex jakkwista lil Pierre EmerickAubameyang.
Mirabelli qal li l-ewwel biċċa xogħol li kellu bħala direttur sportiv kien proprju li jara lil plejer mill-Gabon fl-azzjoni u x-xewqa filwaqt li ilha hemm, tista’ ssir realtà.
Kif nafu Aubameyang fil-jiem li għaddew wera x-xewqa li jibqa’ f’Dortmund.
Sadanittant jibqgħu jissemmew ukoll Nikola Kalinic u Diego Costa bħala l-attakkanti li qed iħarsu lejhom it-tim minn Milan.
Iż-żmien għaddej u Mirabelli jrid jagħti lil Vincenzo Montella l-aħħar player ta’ kwalità li tant ilu jiġri warajh. 
Għal aktar aħbarijiet mix-xena tal-isport, agħfas hawnhekk.