AC Milan interessati f’Lucas Lima

Skont l-istazzjon Taljan SkySport, Milan qed isegwu b’ċertu interess il-progress tal-Brażiljan Lucas Lima illi ser jiskadilu l-kuntratt mal-klabb tiegħu Santos fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. 
Il-plejer diġà kellu avvanzi minn Inter u Barcellona kif ukoll mill-klabb Ċiniż ta’ Hebei Fortune iżda Lima jidher illi għoġbitu ħafna l-idea li jingħaqad mar-Rossoneri. 
Lima għandu 27 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Inter de Limeira u Internacional fl-Amerika t’Isfel. 
Ma’ Santos ilu mill-2010 fejn skorja total ta’ 10 gowls.