Abdullah fuq quddiem għall-Presidenza tal-Afganistan

Riżultati preliminari juri li l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Abdullah Abdullah mistenni jkun il-President il-ġdid tal-Afganistan.
Wara li ngħaddu 500,000 vot minn 26 provinċja, Abdullah għandu s’issa 41.9% tal-voti, filwaqt li l-kandidat l-ieħor li kien Ministru tal-Finanzi għandu 37.6%
Ir-riżultat finali mistenni li joħroġ fl-24 ta’ April u jekk ħadd mill-kandidati ma jġib il-maġġoranza, ikun hemm elezzjoni oħra f’Mejju.
Għalkemm kienet il-Kummisjoni Elettorali li ħabbret ir-riżultati preliminari, wissiet li fil-jiem li ġejjin jista’ jkun li tinbidel il-folja.
Uħud mill-kaxxex tal-voti ta’ lokalitajiet il-bogħod, għadhom ma waslux f’Kabul, hekk kif qed jinġarru permezz ta’ karrettuni imbuttati minn ħmar.
L-elezzjoni saret fil-5 t’ April fejn aktar minn 7 miljun persuna ħarġu jivvutaw.