Absolut tkompli żżid l-emozzjoni b’edizzjoni limitata ġdida

Dan is-sajf, Absolut tixtieq tkompli żżid l-emozzjoni u ċċaqlaq l-affarijiet bit-tnedija tal-Absolut Mix, l-aħħar prodott fl-għażla ta’ fliexken b’edizzjoni limitata tal-marka. Id-disinn kien ispirat mis-sitt kuluri tal-bandiera tal-LGBT Pride u fih triangli semitrasparenti li bihom il-kuluri tal-flixkun jidħlu f’xulxin b’diversi modi meta tara l-flixkun minn angoli differenti. Dan l-effett li jkanġi jissimbolizza t-taħlita li tinħoloq meta diversi individwi uniċi jitħalltu flimkien.
Dan il-flixkun il-ġdid, li ħareġ f’nofs is-sena, bena fuq il-fliexken l-oħra b’edizzjoni limitata ta’ Absolut li kellhom l-intenzjoni li jqanqlu diskussjoni dwar id-diversità u l-aċċettazzjoni. Id-disinn tal-flixkun jirrifletti l-ilwien tal-Absolut tal-edizzjonijiet tal-2008 u l-2015 li kienu ġew żviluppati b’kollaborazzjoni ma’ Gilbert Baker, dak li ħoloq il-bandiera tal-Pride, kif ukoll l-ilwien tal-edizzjoni No Labels tal-2009, flixkun mingħajr tikketti jew logos, li ċċelebra l-potenzjal ta’ dinja li fiha n-nies huma aċċettati għal dak li huma u mingħajr tikketta.
Għat-tnedija ta’ din l-edizzjoni limitata, id-ditta żviluppat l-‘Absolut Mixr’, app li għandha tispira l- #AbsolutNights fid-djar, biex in-nies u l-mużika jitħalltu flimkien b’modi ġodda. L-app ‘Absolut Mixr’ inħolqot b’kollaborazzjoni ma’ Spotify u biha grupp ta’ ħbieb jistgħu jqabbdu l-kontijiet Spotify tagħhom flimkien u jħalltu, b’mod awtomatiku, il-playlists tagħhom għal kull okkażjoni, ibbażati fuq il-mużika favorita ta’ kulħadd. Biex tipprova din l-app, idħol Absolut.com/mixr.
Dan il-flixkun b’edizzjoni limitata issa jinsab f’numru ta’ ħwienet.
Absolut Vodka hi impurtata, irreklamata u mqassma mill-Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.