Abigail Sammut eletta fl-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Renald Falzon

Abigail-Sammut

Read in English.

Abigail Sammut ġiet eletta fl-elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ kunsillier fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi minflok Renald Falzon li miet fit-13 ta’ Novembru.

Għal din l-elezzjoni każwali ġew ippreżentati żewġ nomini lill-Kummissjoni Elettorali, ta’ Abigail Sammut u Matthea Sghendo.

L-għadd tal-voti sar illum fill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar.

Renald Falzon miet aktar kmieni dan ix-xahar wara li kien pożittiv għall-coronavirus. Falzon s’issa huwa l-iżgħar vittma tal-coronavirus. Huwa miet fl-età ta’ 46 sena.