“Abela tilef l-okkażjoni li jaqleb il-folja” – il-PN dwar il-korruzzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Robert Abela tilef l-okkażjoni li jaqleb il-folja fuq il-korruzzjoni. Dan fi stqarrija b’reazzjoni għall-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru li wera li l-Malta qed juru inqas fiduċja fl-istituzzjonijiet nazzjonali. Il-PN qal li “wasalna f’punt li diffiċli nerġgħu lura minnu”.

L-istqarrija, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Governanza Tajba Karol Aquilina, tgħid ukoll li l-PM Abela baqa’ għaddej bl-istess attitudni leġġera bħal dik tal-eks PM Joseph Muscat u l-etika politika, bla mistħija anke mal-pajjiżi l-oħra Ewropej.

Il-Kummissjoni Ewropea ppublikat Eurobarometru ffukat fuq il-korruzzjoni fil-pajjiżi Ewropej. Dan l-istħarriġ juri li 89% tal-poplu jħoss li l-korruzzjoni hija mifruxa ħafna, dan b’żieda ta’ 10% fuq l-aħħar stħarriġ.

Il-PN qal ukoll li n-nuqqas ta’ Malta li tipparteċipa fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew. Minkejja li wara ħafna xhur Malta qablet li tifforma parti minn dan l-uffiċċju, il-Gvern għadu ma nnominax membri Maltin fil-bord tal-uffiċċju.

Dwar in-nominazzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, Aquilina qal li l-Gvern irid jirrealizza li ma jistax jerġa’ jinnomina waħdu, iżda jrid jinvolvi wkoll lill-Oppożizzjoni fi proċess miftuħ u onest.