Abela qed imexxi skont ix-xewqat tan-nies – Arnold Cassola

Facebook

Read in English.

Il-Professur Arnold Cassola qal li l-Prim Ministru Robert Abela qed imexxi skont ix-xewqat tan-nies u mhux skont dak li jgħidulu l-esperti mediċi u t-tobba.

Cassola qal dan fi stqarrija li fiha tkellem dwar l-intervista li saret lill-Prim Ministru dalgħodu.

Fl-istess intervista, il-Prim Ministru qal li ma hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil bejnu u bejn il-Ministru Chris Fearne, l-istess ħaġa li qal il-Ministru Fearne lbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex.

Skont il-Professur Cassola l-fatt li l-Gvern qed jisma xi jridu n-nies f’dan l-istadju hija sitwazzjoni redikola u sejjħilha bħala mentalità populista baxxa. Jgħid li d-deċiżjoni ta’ lockdown għall-anzjani u l-vulnerabbli m’għandhomx jittieħdu jew jitneħħew biex tissodisfa punti politiċi.

Stqarr li huma t-tobba u l-esperti mediċi biss u mhux l-avukati fil-politika li jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar affarijiet ta’ ħajja u mewt. Huwa qal li l-Prim Ministru qed ikun irresponsabbli u tal-mistħija meta jilgħab bil-ħajja tan-nies.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn