Abela Medici jinħatar Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji

Anthony Abela Medici nħatar bħala l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji. Fost oħrajn, hu ħadem bħala espert forensiku għal 31 sena
Il-kunsill il-ġdid tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS) ġie appuntat għat-terminu 2018-2020.
Fi stqarrija, l-MCVS qal li l-kunsill se jkun involut fuq numru ta’ inizjattivi filwaqt li jkompli jaħdem fuq ix-xogħol tal-aħħar Kunsill.
Il-Kunsill il-ġdid huwa magħmul minn:

  • Damien Attard minn Right to Smile
  • Doris Bingley mill-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa
  • Gertrude Buttiġieġ mill-Federazzjoni Maltija għall-Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti
  • Dr Noel Camilleri mill-Għaqda Każini tal-Banda
  • Fr. Antoine Farrugia sdb minn Home Away from Home
  • Robert Farrugia mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts
  • Trevor Fenech bħalha rappreżentant mill-Gvern
  • Edward Gruppetta mill-Għaqda tas-Salib l-Aħmar ta’ Malta
  • Michael R. Piccinino mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ
  • Oliver Scicluna rappreżentant għall-Persuni b’diżabbilità
  • Dr Corinne Wood minn Dr. Klown
  • Chev. Dr Anthony J. Abela Medici bħalha l-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji

Fl-ewwel laqgħa tal-Kunsill nhar it-Tlieta 8 ta’ Mejju 2018, Dr. Noel Camilleri ġie elett bħalha ċ-Ċerpersin tal-istess Kunsill. Il-Kummissarju tal-Għaqdiet Volontarji  Abela Medici se jkun id-Deputat Ċerpersin.