Abela jlaqqa’ l-ewwel grupp parlamentari – PL

Partit Laburista

Il-Grupp Parlamentaru tal-Partit Laburista ltaqa’ għall-ewwel darba taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.

Fi stqarrija ġie spjegat li l-laqgħa saret ftit tal-ħin wara li l-Prim Ministru Abela ingħata l-ġurament tal-ħatra. Hu emfasizza li l-Grupp Parlamentari issa għandu jissokta bil-ħidma tiegħu “għax hemm ħafna xogħol xi jsir biex il-pajjiż jibqa’ miexi ‘l quddiem.

Chris Fearne, li kkontesta għall-kariga ta’ mexxej tal-Partit Laburista, kien preżenti għal din il-laqgħa għalkemm ma deherx waqt li Abela ħa l-ġurament tal-ħatra.

Intant, fl-aħħar ħin l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħabbar li l-Kap tas-Segretarjat (Chief of Staff) ta’ Abela se jkun Clyde Caruana, li sa qabel din il-ħatra kien qed iservi bħala Kap Eżekuttiv ta’ JobsPlus.

Intant illum, Abela daħal fil-Berġa ta’ Kastilja għall-ewwel darba taħt it-titlu ta’ Prim Ministru ta’ Malta.