Abela jiltaqa’ ma’ Gorbachev biex ifakkar it-30 anniversarju mis-Summit ta’ Malta

Read in English.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ltaqa’ mal-Eks President tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev biex ifakkar it-30 anniversarju mis-Summit bejn l-Amerika u l-Unjoni Sovjetika li sar f’Malta fl-1989.

Filmat: “Jekk tiġu Malta, tridu tiġu Kastilja” – Louis Galea dwar x’qal Fenech Adami

Is-summit li kien sar fil-port ta’ Marsaxlokk bejn it-2 u t-3 ta’ Diċembru 1989 fost maltempata u baħar jibla’ l-art, kien ġab tama ġdida għad-dinja.

Gorbachev kien abbord il-vapur tal-passiġġieri Maxim Gorky meta ddikjara li l-Gwerra Bierda kienet intemmet.

Illum Gorbachev jgħodd it-88 sena u hu l-President tal-Fondazzjoni Internazzjonali għall-istudji soċjo-ekonomiċi u politiċi, magħruf aħjar bħala l-Fondazzjoni Gorbachev.

Abela kien fuq żjara bilaterali f’Moska għal taħditiet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa Sergey Lavrov.