Abela jiċħad li ġejja elezzjoni bikrija

Robert-Abela
Miguela Xuereb

Il-Prim Ministru Robert Abela ċaħad spekulazzjoni li se jsejjaħ elezzjoni bikrija; skont hu, ikun irresponsabbli li torganizza elezzjoni f’nofs pandemija.

Abela, li kien qiegħed jiġi intervistat fuq Xtra fuq TVM, żied li ma jkunx f’waqtu li tiġi organizzata elezzjoni waqt il-proċess ta’ rkupru mill-pandemija tal-Covid-19.

Però qal ukoll li d-data tal-elezzjoni tiddependi fuq “l-interess nazzjonali.” Peress li l-aħħar elezzjoni saret fl-2017, l-elezzjoni li jmiss trid issir sa Settembru tal-2022.

Abela kien ikkritika lill-Partit Nazzjonalista talli organizza elezzjoni għall-kap f’nofs il-pandemija. I

Però Abela rrifjuta li jwieġeb dwar spekulazzjoni li se jkun hemm reshuffle tal-Kabinett, partikolarment wara li ġew co-opted il-kap tas-segretarjat tiegħu Clyde Caruana u Miriam Dalli fil-Parlament.