Fil-bidu tas-seduta, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia talab lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela jekk kienx se jagħmel stqarrija ministerjali fuq ir-rapport tas-Sunday Times li saru xogħlijiet fir-residenza privata tiegħu minn ħaddiema tal-Gvern waqt il-ħin tax-xogħol.
Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ bla risposta. Intervjena l-ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia li spjega li s-sede ma tistax tobbliga Ministru jagħmel stqarrija fil-Parlament.
Ftit wara fuq il-mezzi soċjali, Adrian Delia qal li l-fondi pubbliċi għandhom jintużaw biex jinqered il-faqar, titjieb l-infrastruttura u jsir l-investiment fiż-żgħażagħ.
Fuq Twitter, Delia staqsa mill-ġdid kif il-Ministru Abela ma kellu xejn x’iżid aktar dwar l-akkużi li saru dwaru.
Ritratt: John Pisani – MFTP
Public funds should be utilised to eradicate poverty, improve our infrastructure and invest in our youth. How come @AbelaCarmelo has nothing to add to such an accusation? #admissionofguilt https://t.co/wWaumwOl7W
— Adrian Delia (@adriandeliapn) June 5, 2018