Abdeslam se jiġi akkużat ukoll b’attentat ta’ qtil

Is-suspettat tal-attakki ta’ Pariġi, Salah Abdeslam, ġie akkużat ukoll b’attentat ta’ qtil wara l-episodju ta’ skontru ta’ nar mal-Pulizija Belġjana, ftit jiem biss qabel ġie arrestat.
F’dik l-okkażjoni, f’appartament fid-distrett Forest fi Brussell, inqatel suspettat Alġerin u erba’ pulizija ndarbu.
Abdeslam ġie arrestat tlett ijiem wara, fid-distrett Molenbeek wara tfittxija ta’ 4 xhur.
Fil-jiem li ġejjin, Abdeslam mistenni jiġi estradit lejn Pariġi biex jiffaċċja akkużi hemm dwar l-attakki ta’ Novembru.
Hu mifhum li hu l-uniku persuna li għadha ħajja mit-terroristi tal-attakki ta’ Pariġi.