Abdeslam jiġi trasferit mill-Belġju lejn Franza

L-uniku suspettat maqbud wara l-attakki ta’ Pariġi, Salah Abdeslam, ġie estradit mill-Belġju lejn Franza.
Hu mistenni jiffaċċja l-Qorti Franċiża wara li fl-aħħar jiem ġie trasferit, minn ħabs fi Bruges għal ħabs tal-ogħla sigurtà fil-Belġju stess.
It-trasferiment tiegħu lejn Franza isegwi l-ordni ta’ arrest Ewropew li kienet inħarġet fil-konfront tiegħu malli ġie identifikat ftit biss wara l-attakki tat-13 ta’ Novembru.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Belġju ħareġ akkużi oħra fil-konfront ta’ Salah Abdeslam wara l-episodju ta’ sparar fuq Pulizija f’rejd li sar fi Brussell ftit biss qabel l-arrest tiegħu.