Abdelslam “għażel” li ma jisplodix lilu nnifsu – ħuh

Ħu Salah Abdelslam qal li ħuh “għażel” li ma jisplodix lilu nnifsu fl-attakki ta’ Pariġi tas-sena l-oħra.
Ħuh, Mohamed Abdelslam, qal li “ħija volontarjament għażel li ma jiplodix lilu nnifsu flimkien mil-ġiħadisti l-oħra tal-Istat Iżlamiku li f’Novembru li għadda qatlu 130 persuna f’attakki.”
Skont il-midja Belġjana BFMTV, mill-ħabs Salah Abdeslam qal lil ħuh li “Kieku ridt, kien ikun hemm iktar vittmi. Fortumatament, ma komplejtx magħhom.”
Salah Abdelslam, l-unika suspett li għadu ħaj mill-attakki ta’ Pariġi f’Novembru li għadda, kien arrestat fi Brussell fit-18 ta’ Marzu wara li għamel erba’ xhur imfittex mill-Pulizija.